28th September 2015

Zfin Liturġiku

Ministeri – Zfin Liturġiku

Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu,
bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!
– Salm 149: 3

Huwa importanti li wieħed jifhem li ż-żfin fil-kuntest ta’ qima mhux sempliċement awto-espressjoni. Dan iż-żfin għandu jsir b’mod li huwa utli għall-kongregazzjoni kollha. San Pawl jgħid li għandu “jsir kollox kif imur u bl-ordni” fil-knisja (1 Korintin 14:40). “Kollox” jinkludi wkoll l-użu taż-żfin fil-qima. Għalhekk, kull ħaġa li matul il-qima ttellef l-attenzjoni minn fuq Kristu, ser titħalla barra. Aħna, bħala kongregazzjoni, nħaddnu r-responsabbiltà li noħolqu struttura ta’ qima, b’mod li nonoraw lil Alla u li ninkoraġġixxu lil dawk fi ħdan il-grupp biex jużaw dan il-metodu b’mod għaqli u xieraq.