28th September 2015

Viżjoni u Missjoni

Il-viżjoni tagħna hi:

1. Li tissaħħaħ dejjem iktar ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla l-Missier u ma’ ħutna l-Insara.
2. Li nkomplu nkunu xhieda ħajja u qaddejja ta’ Kristu u l-Knisja tiegħu b’tali mod li nressqu lil kulħadd lejn Kristu u s-Saltna Tiegħu.
3. Li nifhmu dejjem aktar u naċċettaw il-fidi Kattolika fid-dimensjoni kollha tagħha.

Equation

Viżjoni u Missjoni 2017-2018 – Catholic and Loving it – Nurturing Disciples

Viżjoni u Missjoni 2016-2017 – Catholic and Loving it – Together in a Community of Faith

Viżjoni u Missjoni 2015-2016 – Gublew tal-Hniena
Il-viżjoni u missjoni taċ-Ċentru Pastorali Sgħajtar għas-sena Novembru 2014-Novembru 2015 għada qiegħda tiġi żviluppata.

 

Viżjoni u Missjoni 2014-2015 – Sena ta’ Faith Sharing
Il-viżjoni u missjoni taċ-Ċentru Pastorali Sgħajtar għas-sena Novembru 2014-Novembru 2015 għada qiegħda tiġi żviluppata.

Viżjoni u Missjoni 2013-2014 – Sena ta’ Talb
Wara li ntemmet is-Sena tal-Fidi mnedija minn Papa Benedettu XVI, iċ-Ċentru Pastorali Sgħajtar iddedika s-sena ta’ wara (2013- 2014) bħala s-Sena ta’ Talb. L-għan prinċipali kien li ngħinu n-nies jitolbu aktar u b’forom differenti ta’ talb. Għaldaqstant, ittieħdu diversi inizzjattivi fosthom:

Mumenti ta’ talb aktar spissi matul id-duttrina u l-laqgħat li jittellgħu fiċ-Ċentru;
Inxtraw set ta’ DVD u riżorsi oħra biex inkunu nistgħu noffru l-kors Oremus (Nitolbu) lil diversi persuni. Din is-sensiela ta’ tmien laqgħat prattiċi ta’ kif wieħed jitlob u kif jegħleb id-diffikultajiet waqt it-talb saret maż-żgħażagh ta’ Navitas 16+ u ta’ Navitas 18+, mal-katekisti, mal-grupp tal-irġiel, kif ukoll ma’ żewġ gruppi ta’ adulti oħra li kienu interessati, darba f’Jannar u darb’oħra f’Mejju 2014. B’kollox, dan il-kors għamluh madwar 110 persuna;
Bdiet issir Lectio Divina darba fix-xahar, nhar ta’ Erbgħa, wara l-quddiesa tas-7pm;
Inxtraw set ta’ 14-il statwa tal-Madonna li ttieħdu fid-djar tal-familji tas-Sgħajtar biex jinżammu għal ġimgħa għand kull familja li aċċettat. L-għan kien li l-familja titlob aktar ir-rużarju matul din il-ġimgħa. L-idea hi li fi żmien sena, kull familja tkun saritilha din l-istedina.

Viżjoni u Missjoni 2012-2013 – Sena ta’ Fidi
Il-Papa Benedittu niehda Sena ta’ Fidi mill-Avvent tas-sena 2012 sal-festa ta’ Kristu Sultan f’Novembru 2013.
Marbuta ma’ din it-tema, fiċ-Ċentru Pastorali Sgħajtar ġie organizzat kors ta’ 23 laqgħa marbuta ma’ temi li joħorġu mill-Istqarrija ta’ Fidi tagħna (Il-Kredu) li sar kemm maż-żgħażagħ ta’ Navitas 18+ kif ukoll ghal 70 adult wara l-quddiesa ta’ nhar ta’ Ħamis.

Saru wkoll ħames laqgħat ta’ formazzjoni fuq il-fidi waqt l-omelija ta’ ħamest iħdud matul is-sena, bl-ewwel waħda tkun introduzzjoni ta’ x’kien il-Kunċilju Vatikan II u l-erba’ l-oħra kienu ffukati fuq l-erba’ kostituzzjonijiet ta’ dan il-Kunċilju. Il-powerpoints ta’ dawn l-omeliji jistgħu jinqraw minn hawn taħt:

2013 10 27  Koncilju Vatikan II (pdf)
2013 11 03  Dei Verbum (pdf)
2013 11 10  Lumen Gentium (pdf)
2013 11 17  Gaudium et spes (pdf)
2013 11 24 Sacrosanctum Concilium (pdf)