28th September 2015

Rettur

Dun Ray Zammit hu minn Ħal Qormi (San Bastjan). Ġie ordnat djaknu fid-9 ta’ Settembru 1998 u mbagħad saċerdot fit-2 ta’ Lulju 1999. Il-ħidma pastorali tiegħu bdiet f’Raħal Ġdid fejn serva bejn l-1998 u s-sena 2000. Wara kompla jistudja u serva wkoll l-Imġarr għal tliet xhur. Dun Ray beda l-ħidma tiegħu bħala rettur taċ-Ċentru Pastorali Sgħajtar fis-16 ta’ Novembru 2005.
Barra l-ħidma fiż-Żona tas-Sgħajtar, Dun Ray jgħallem l-etika professjonali fil-qasam tal-kura tas-saħħa, fin-negozju, u fil-kriminoloġija fl-Università ta’ Malta.

(2005)
Dun Frans Abdilla serva bħala rettur taċ-Ċentru Pastorali Sgħajtar għal sitt xhur. Fost l-oħrajn, qabel ġie s-Sgħajtar, Dun Frans kien l-arċipriet tal-Parrocca San Ġorġ martri f’Ħal Qormi. Wara s-Sgħajtar, huwa serva bħala kappillan tal-Kulleġġ post-sekondarju G.F Abela, ġewwa l-Imsida. Illum huwa d-Delegat tal-Arċisqof għall-Kleru.

(1998-2005)
Dun Rene Vella hu min-Naxxar u kien l-ewwel rettur taċ-Ċentru Pastorali Sgħajtar. Wara s-servizz tiegħu fis-Sgħajtar, Dun Rene inħatar kappillan ta’ Pembroke fejn għadu jservi sal-lum.