28th September 2015

Oremus

Formazzjoni u talb – Oremus

Fiċ-Ċentru Pastorali Sgħajtar għażilna t-talb bħala t-tema għas-sena 2014 għax nagħrfu li għan-nisrani li jixtieq jgħix ta’ dixxiplu awtentiku t-talb huwa fundamentali għax huwa l-mezz li bih il-bniedem jidjaloga m’Alla u jibni relazzjoni miegħu.

Biex inħeġġu u ngħinu lil dawk li xtaqu jipprofondixxu r-relazzjoni tagħhom m’Alla permezz tat-talb organizzajna l-kors Oremus – Ejjew nitolbu. Dan huwa kors b’sensiela ta’ tmien laqgħat dwar it-talb bit-temi jkunu:

1. X’inhu t-talb?
2. X’għandek tagħmel qabel ma’ titlob?
3. Lectio Divina
4. Talb relazzjonali
5. Is-sensi spiritwali
6. Id-dixxerniment
7. Kif għandek iġġib ruħek meta jkollok id-distrazzjonijiet waqt it-talb
8. Id-deżolazzjoni u l-konsolazzjoni
Waqt kull sessjoni l-partecipanti jisimgħu taħdita bl-Ingliż permezz ta’ DVD imbagħad wara jkun hemm diskussjoni bil-Malti. Kull laqgħa tieħu madwar siegħa u kwart. Il-parteċipanti jingħataw silta għal kull jum ta’ dik il-ġimgħa biex ikunu jistgħu jitolbu permezz tagħha skont it-tema ta’ dik il-ġimgħa partikulari.

S’issa l-kors Oremus għamilnieh ma’ ħames gruppi differenti (115-il persuna), fosthom grupp ta’ żgħażagħ, grupp ta’ rġiel, grupp ta’ katekisti kif ukoll żewġ korsijiet miftuħa għal kulħadd u kull min ħa sehem ħass li dan il-kors għenu fil-mixja tiegħu wara Ġesù.

Nistidnuk issib il-ħin biex tagħmel dan il-kors int ukoll. Għal aktar tagħrif, tkellem ma’ Dun Ray jew ibgħat imejl fuq sghajtar (at) gmail.com

Oremus

Oremus