28th September 2015

Il-Grupp Santa Marta

Ministeri – Il-Grupp Santa Marta

Il-Grupp Santa Marta huwa magħmul min-nisa li joffru ftit mill-ħin tagħhom biex iżommu l-post nadif. Jiltaqgħu darba fil-ġimgħa, kull nhar ta’ Ħamis, bejn id-9am u l-11am, sabiex inaddfu l-kappella u l-artal, il-klassijiet tad-duttrina, il-basement, il-kurituri, il-gallarija, u l-kafetterija. Il-post huwa kbir, u dejjem ikollhom bżonn aktar għajnuna. Napprezzaw min ikun jista’ jagħti daqqa t’id, imqarr darba fix-xahar. Min ma jkunx jista’ jiġi l-Ħamis, ikun jista’ jiftiehem ma’ Dun Ray u jiġi f’hin aktar konvenjenti.