28th September 2015

Abbatini

Ministeri – Abbatini

Bħala Kattoliċi, aħna ngħożżu l-“aktar ħaġa sabiħa fuq din in-naħa tal-Ġenna” u l-abbatini tagħna jgħinuna nippreservaw din it-tradizzjoni qaddisa. Is-servizz tagħhom għas-Sgħajtar huwa responsabilità serja u l-komunità hija grata ħafna għas-sagrifiċċji tal-ħin tagħhom u tat-talenti tagħhom.

Storja

L-abbatini jidhru li kienu jeżistu minn kitbiet li jmorru lura sal-251 WK, jiġifieri din it-tradizzjoni bilfors li kienet stabbilita aktar qabel.
L-abbatini fil-Knisja Kattolika Rumana kienu għall-ewwel meqjusa bħala parti mill-kleru, għalhekk dawn kellhom jitgħallmu t-talb bil-Latin kif ukoll l-innijiet. Huma kellhom iġibu ruħhom b’mod eżemplari, filwaqt li jobdu r-regoli li kienu japplikaw għalihom. Ħafna minn dawn l-abbatini kienu jsiru qassisin, ħafna aktar milli jiġri llum fi żmienna. Wara l-ħdax-il Konċilju Vatikan, il-qagħda tal-abbatini inbidlet. Dawn ġew jagħmlu parti mill-kongregazzjoni u kienu jirrappreżentaw lill-kongregazzjoni fuq l-artal.
It-tradizzjoni tal-abbatini ġejja minn żmien meta l-Knisja ma kellhiex Seminarji. Jekk żagħżugħ xtaq li jsir qassis, hu kien ikun qisu apprentist mal-qassis fil-parroċċa lokali tiegħu. Il-qassis kien jgħallmu kif jamministra s-sagramenti, u ż- żagħżugħ kien iservi fuq l-artal għall-qassis. Meta kien ikun imħejji għal qassis, il-kandidat kien ikun ippreżentat lill-Isqof għall-ordinazzjoni. Meta s-Seminarji ġew miftuħa u stabbiliti, dawk li kienu msejħa għall-ħajja kkonsagrata ma kinux jibqgħu jassistu u jservu għall-qassis lokali tal-parroċċa b’dan il-mod. Dan is-servizz beda mbagħad jingħata minn irġiel jew subien ta’ dik il-parroċċa.

 

Etá

Wara li jagħmlu l-preċett, is-subien kollha huma mħeġġa li jsiru abbatini. Dawn iservu fuq l-artal qaddis matul is-servizz kollu ta’ adorazzjoni. Barra milli jagħtu s-servizz tagħhom fuq l-artal, l-abbatini huma wkoll imħeġġa biex jieħdu sehem f’attivitajiet oħra soċjali li jiġu organizzati apposta għalihom. Dawn l-attivitajiet jgħinu lill-abbatini jintegraw u jissieħbu flimkien bħala tim.
Is-servizz bħala abbati hija esperjenza li tagħti lis-subien għarfien rigward il-fidi tagħhom filwaqt li jikbru wkoll spiritwalment. Huma jipparteċipaw fil-Liturġija b’mod speċjali għall-aħħar. Ċertament din hija esperjenza li min serva bħala abbati ma jinsa qatt.

 

Responsabilità

L-abbatini għandhom responsabilitajiet importanti ħafna fis-servizz Kattoliku llum il-ġurnata. Dawn ir-responsabilitajiet u d-dmirijiet ivarjaw minn kongregazzjoni għall-ohra.
Huwa ta’ unur kbir li tkun abbati fuq l-artal t’Alla waqt il-quddiesa. L-abbati jgħin lill-qassis kemm fuq l-artal matul is-sagrifiċċju tal-quddiesa u f’attivitajiet liturġiċi oħrajn. Huwa jagħti wkoll eżempju tajjeb lill-kongregazzjoni kollha, minħabba li hu jidher ħafna u kapaċi jgħin lin-nies fil-knisja biex jivveneraw. Ħafna vokazzjonijiet għall-ħajja ta’ qassis ġew minn zgħazagħ li kienu jservu lill-qassis fuq l-artal.
Li tkun abbati fil-Knisja Kattolika huwa privileġġ li jipprovdi lit-tifel bl-opportunità li jipparteċipa b’mod attiv fil-Liturġija Divina nhar ta’ Ħadd u fil-btajjel, u li jkabbar l-għarfien tiegħu fuq is-servizz Kattoliku matul iż-żgħożija. Il-biċċa l-kbira tax-xogħol tal-abbatini huwa li jassistu lill-Kleru matul il-Liturġija Divina bħal pereżempju, iżda mhux biss, iġorru s-salib u x-xemgħat, u xi kultant anke jaqraw l-Epistola.
Fr Ray jinkoraġġixxi lis-subien kollha biex jipparteċipaw bħala abbatini fil-parroċċa. Jekk it-tifel tagħkom ma jiħux sehem bhala abbati bħalissa u jixtieq li jibda jagħmel dan, tistgħu tikkuntattjaw lil Fr Ray għal aktar informazzjoni.
L-abbati għandu jilbes b’mod diċenti li jixraq għal fuq l-artal t’Alla: żarbun iswed u qalziet iswed. L-abbati għandu jkun jidher pulit: b’xagħru magħmul tajjeb, bid-dwiefer maqtugħa u nodfa u l-idejn għandhom jinħaslu qabel it-tifel imur il-knisja.

 

Talba tal-Abbatini

Naddafni, O Mulej, u naddafli qalbi, sabiex bil-grazzji tiegħeK, jien inservik fuq l-artal tiegħeK b’dinjità u rispett u li nkun mistħoqq li nirċievi l-kelma tiegħek f’dil-liturġija, inkun xhud ta’ meta tibdel l-offerta tagħna ta’ ħobż u nbid f’ġismeK u f’demmeK prezzjuż, u permezz tad-don tiegħek taħkem kuntentizza eterna.
Ammen.
O Ġesù, grazzi talli sejjaħtli biex inserviK fuq artaleK. Agħtini l-grazzja li nservik b’fidi u b’qalb kbira. Agħmel ukoll Mulej, li waqt li nserviK, jien nimxi fuq l-eżempju ta’ San Tarċisju, li miet biex jipproteġi l-Ewkaristija, u li nimxi l-istess passi li wassluh sal-Ġenna. San Tarċisju, itlob għalija u għall-abbatini kollha.
Ammen.

Il-patruni tal-abbatini huma San Tarċisju u San Ġwann Berchmans.

San Tarcisju
Tarċisju kien abbati/lajk ta’ tnax-il sena fiż-żmien ta’ waħda mill-persekuzzjonijiet Rumani kbar tat-tielet seklu, probabbilment matul dik ta’ Valerju. Kuljum, minn post sigriet fejn kienu jiltaqgħu fil-katakombi, fejn l-Insara kienu jiltaqgħu għall-quddies, djaknu kien jintbagħat lejn il-ħabs sabiex iwassal l-Ewkaristija lill-Insara li kienu b’sentenza għall-mewt. F’punt wieħed, ma kienx hemm djakni x’jintbagħtu, u għalhekk San Tarċisju, bħala lajk/abbati, kien intbagħat biex iwassal “Il-Misteri Qaddisa” għal dawk fil-ħabs.
Matul it-triq, hu kien imwaqqaf minn xi subien ta’ l-età tiegħu li ma kinux Insara imma kienu jafuh minn meta kienu jilagħbu flimkien. Hu kien mistoqsi u mħeġġeġ biex jingħaqad magħhom għal-logħob, imma din id-darba hu ma aċċettax u ċ-ċorma subien indunaw li kien qiegħed iġorr xi ħaġa fuqu. B’xi mod, hu ġie magħruf li kien Nisrani, u l-klikka żgħira ta’ subien, anzjużi biex jaraw il-“Misteri” Insara, saru grupp u daru kontra Tarċisju bir-rabja. Hu safa vittma tad-daqqiet tagħhom, u jingħad li xi Nisrani ieħor keċċa lil dan il-grupp ta’ subien u salva lil-lajk/abbati.
Il-ġisem imsawwat ta Tarċisju kien meħud lura lejn il-katakombi, iżda it-tifel miet lura mat-triq minħabba l-feriti li kellu. Hu kien midfun fiċ-ċimiterju ta’ San Kallistu, u r-relikwi tiegħu jingħad li huma midfuna maġenb il-knisja ta’ San Silvestru f’Kapitu.
Tarċisju, wieħed mill-patruni qaddisin tal-abbatini, minn dejjem kien ta’ eżempju tal-kuraġġ fiż-żgħażagħ u tad-devozzjoni, u l-istorja tiegħu hija waħda li tingħad għal ħafna drabi sabiex tħeġġeġ lil ħaddieħor sabiex ibati għar-reliġjon tiegħu.

San Gwann Berchmans

Ġwanni twieled f’Diest, fi Brabant, l-akbar tifel ta’ skarpan. Minn età żgħira hu ried isir qassis, u meta għalaq tlettax–il sena sar qaddej f’waħda mid-djar tal-kanonki tal-Kattidral f’Malines, John Froyment. Fl-1615, hu daħal fil-Kulleġġ tal-Ġiżwiti, li kien għadu ġdid, u fis-sena ta’ wara sar novitt Ġiżwita. Hu ntbagħat Ruma fl-1618 sabiex ikompli l-istudji tiegħu, u kien magħruf għall-pietà u għad-diliġenza tiegħu, jimpressjona lil kulħadd bil-qdusija tiegħu u bl-istress li kien jagħmel sabiex jasal għall-perfezzjoni fi ħwejjeġ żgħar. Hu miet hemmhekk fl-erbatax ta’ Awwissu. Ħafna mirakli huma marbuta ma’ dan il-qaddis wara mewtu, u kien kanonizzat fl-1888. Hu huwa l-patrun tal-abbatini. Il-festa tiegħu hija fit-tmienja u għoxrin ta’ Novembru.

Abbatini

Abbatini